フォローお願い
iBookstore
Android app on Google Play
好きです!
A programme by
L-Osservazzjoni tal-Għasafar fl-Ispazju
2012年9月26日, Rabat, Malta

Qatt ħarist lejn is-sema u immaġinajt is-sħab forma ta' xi ħaġa? L-astronomi jagħmlu dan ukoll, iżda s-sħab jissejħu nebulae u qegħdin 'il bogħod ħafna fl-ispazju. Filwaqt li s-sħab tad-Dinja magħmul mill-ilma, in-nebulae huma magħmula mill-gass u t-trab. L-astronomi raw din is-sħaba f'forma ta' ras ta' għasfur u tawha l-isem ta' Seagull nebula

Il-gass u t-trab huma kesħin għalhekk ma jiddux dawl qawwi biżżejjed biex narawhom b'għajnejna - iżjed ma oġġett ikun jaħraq iżjed ikollu dija qawwija. Dan jaħdem bil-kontra wkoll. Jekk qatt missejt xi bozza li tkun inxtegħlet għal ftit ħin, taf li tista' ssir taħraq ħafna! In-nebula f'dan ir-ritratt qed tiddi ħamra għax hemm stilla taħraq ħafna fiċ-ċentru tagħha, hawnhekk tista' taraha qisha 'għajn ta' gawwija'. Is-sħana mill-istilla saħħnet il-gass ta' madwarha u b'hekk tidher tiddi.

Fir-ritratt hemm ukoll donnu bħal ċpar ikħal, qed tarah? Dan hu trab li qed jinxtegħel minn stilel żgħażagħ jaħarqu ġon-nebula. Id-dawl tal-istilla jirrifletti mill-frak tat-trab u b'hekk jiġu jidhru, l-istess bħal meta tipponta torċ lejn xi wħud mill-ġugarelli li għandek f'kamra mudlama: tista' tarahom għax id-dawl tat-torċ jirrifletti minn fuq il-ġugarelli u jolqot għajnejk.

Ir-ritratt juri biss parti min-nebula. Is-sħaba kollha tifrex il-ġwieneħ tul parti kbira tal-ispazju u tidher eżatt qisha għasfur li qed itir. Araha hawnhekk. 

 

 


Fatt Interessanti

L-istilla fin-nofs ta' dan ir-ritratt ('l-għajn tal-gawwija') għandha stilla oħra magħha. Iż-żewġ stilel jorbitaw lil xulxin u nsejħulhom stilel binarji!

Share:

Printer-friendly

PDF File
1.0 MB