フォローお願い
iBookstore
Android app on Google Play
好きです!
A programme by
Għaliex il-lejl hu mudlam?
2012年8月15日

Xi kultant, li tistaqsi mistoqsija li tidher faċli li jkollok tweġiba tagħha tista’ tgħin lix-xjenzati jifhmu affarijiet importanti dwar kif jaħdem l-Univers.

Pereżempju, għaliex bil-lejl hu mudlam? Forsi tidher ovvja, imma din il-mistoqsija xi darba kienet tħawwad lil ħafna astronomi. Kienu jafu li d-Dinja ma tkunx faċċata tax-xemx bil-lejl. Iżda kienu jaħsbu wkoll li l-Univers kien jibqa’ sejjer għal dejjem – kien infinit.  Imma kieku l-Univers kien infinit, kieku kien ikun hemm stilel li jkopru kull parti tas-sema bil-lejl u b’hekk tkun imdawla ħafna!  Biex tifhem għaliex Univers infinit ifisser li jkun hemm stilel li fis-sema kollha ta’ bil-lejl, immaġinak kieku tkun qiegħed f’foresta mimlija siġar. Issa dur u ibda imxi f’direzzjoni bl-addoċċ, f’linja dritta.  Kieku l-foresta kienet infinita, tagħżel liema direzzjoni tagħżel tiestenna li tinzerta xi siġra li timblukkalek il-passaġġ.  Ejja nerġgħu lura għas-sema bil-lejl, xi astronomi kienu jaħsbu li sħab kbir ta’ trab, bħal dak li jidher hawn f’dan ir-ritratt spazjali, seta’ jgħatti biżżejjed dawl minn xi stilel biex is-sema tkun imdallma. Iżda l-astronomi issa jafu li fl-aħħar mill-aħħar l-Univers mhuwiex infinit. U għalhekk li s-sema bil-lejl tkun mudlama.

Mela, l-moral tal-istorja hu, qatt tibża’ tgħolli subgħajk biex tistaqsi mistoqsija fil-klassi. Mistoqsijiet stupidi ma jeżistux! Biex tkun xjenzat tajjeb, trid tibqa’ tistaqsi mistoqsiji dwar id-dinja ta’ madwarek.

Involvi ruħek: Hemm ħafna siti tal-ġenn fejn tista’ tistaqsi lill-astronomi kull mistoqsija li għandek dwar l-Univers. Dawn huma xi ftit mill-favoriti tagħna:

 

Share:

Printer-friendly

PDF File
1.0 MB