フォローお願い
iBookstore
Android app on Google Play
好きです!
A programme by
84 Miljun Stilla u iżjed
2012年10月24日

Il-kamera astronomika li ġibdet dan ir-ritratt ġdid ta' nofs il-galassja tagħna iġġiegħel lill-kameras diġitali ta' kuljum jidhru qishom ġugarelli!
Meta tmur f'ħanut biex tixtri kamera ġdida, tinduna li jitkellmu dwar kemm għandha 'megapixels'. Dan in-numru jkejjel il-kwalità tar-ritratti li l-kamera tista' tipproduċi. Il-kameras diġitali spiss joħolqu ritratti b'madwar 10 megapixels. Imma kamera speċjali li titwaħħal ma' teleskopju ħolqot dan ir-ritratt inkredibbli, li fih 9000 megapixel!

U n-numru tal-ġenn ma jieqfux hawn. Minn dan ir-ritratt ta' kwalità fantastika, l-astronomi jistgħu jaraw madwar 173 miljun oġġett, li minnhom madwar 84 miljun diġà ġew ikkonfermati li huma stilel! Dan huwa għaxar darbiet iżjed min-numru ta' stilel li l-astronomi setgħu jsibu qabel f'ritratti taċ-ċentru tal-galassja tagħna, li jisimha t-Triq ta' Sant'Anna.

“Minħabba li din l-informazzjoni ġdida tagħtina ħarsa lejn l-istilel kollha f'daqqa, nistgħu nagħmlu ċensiment tal-istilel kollha f'din il-parti tat-Triq ta' Sant'Anna," jgħid l-astronomu, Dante Minniti. L-astronomi diġà għamlu sejba interessanti billi studjaw dan ir-ritratt: Skoprew li hemm numru kbir ta' tip partikolari ta' stilla, li jissejħu 'nani ħomor mhux qawwija' (faint red dwarfs). Din hi aħbar kbira għall-kaċċaturi tal-pjaneti, għax in-nani ħomor mhux qawwija huma tajbin biex tfittixhom f'dinjiet imbiegħda.

Cool Fact:  Dan ir-ritratt tant hu kbir li kieku jkun stampat bil-kwalità ta' ritratt normali ikun fih 9 metri mit-tul u 7 metri għoli! Hu kbir wisq biex tarah sew, l-aħjar mod li tarah hu fuq is-sit tal-ESO permezz tal-għodda tal-iżżumjar.

Share:

Printer-friendly

PDF File
946.1 KB