フォローお願い
iBookstore
Android app on Google Play
好きです!
A programme by
Trasformazzjoni estrema
2012年10月31日

Il-ballun ta' stilel f'nofs dan ir-ritratt hu verament antik. Dawn l-istilel kienu qed jiddu qabel mal-ewwel persuni mxew fuq id-Dinja, anke qabel kienet teżisti d-Dinja. Dan il-grupp ta' stilel, imsejjaħ, massa globulari, għandha 10 biljun sena - kważi antiki daqsu l-univers innifsu!

Il-mases globulari fihom għexieren ta' eluf ta' stilel antiki li kollha ffurmaw kważi fl-istess żmien, mill-istess materjal. Imma b'mod stramb, dawn il-mases xi kultant ikun fihom stilel li jqarrqu bina għax jidhru ġodda, u jqajmu l-mistoqsija: dawn il-mases huma verament il-fdalijiet antiki li naħsbu? 

L-istilel ma jibjadilhomx xagħarhom meta jixjieħu, imma f'xi każijiet il-kulur tagħhom jagħtina ħjiel tal-età tagħhom. Pereżempju, ħafna stilel sofor isiru ġganti ħomor lejn tmiem ħajjithom. F'dan ir-ritratt, hemm ħafna stilel ġġanti ħomor u ftit stilel sofor.

Bl-istess mod, nistgħu nassumu li l-istilel blu huma pjuttost żgħażagħ. Dan għaliex l-istilel blu jaħarqu u jiddu iżjed u b'hekk jużaw ħafna enerġija u jikkunsmaw il-karburant tagħhom iżjed malajr u ma jgħixux daqs stilel li ma tantx jiddu.  Hi sorprendenti li f'din il-massa hemm numru mhux ħażin ta' stilel blu. Jekk iffurmaw 10 biljun sena ilu mal-bqija tal-istilel suppost li spiċċaw ħafna qabel. Kif irnexxielhom isalvaw? 

Irriżulta li dawn l-istilel misterjużi huma 'stilel blu mitlufa' (blue stragglers); stilel antiki li skoprew is-sigriet biex jibqgħu jidhru żgħażagħ. L-astronomi jemmnu li ħafna minn dawn l-istilel mitlufa jiffurmaw meta żewġ stilel jorbitaw ma' xulxin f'sistema binajra. L-iżgħar minn dawn iż-żewġ stilel tieħu l-materjal minn fuq is-sieħba tagħha. Dan jagħti iżjed karburant biex tkun tista' tiddi iżjed qawwija u blu, b'dik id-dehra żagħżugħa!

Fatt Interessanti

Jaħsbu li l-mases globulari kollha għandhom toqba sewda ta' daqs medju f'nofshom!

Share:

Printer-friendly

PDF File
1.1 MB