フォローお願い
iBookstore
Android app on Google Play
好きです!
A programme by
Sabiħa imma qerrieda!
2013年1月28日

Fin-natura hemm regola: iżjed ma xi ħaġa tkun sabiħa, iżjed tkun qerrieda. Pereżempju, l-iżjed annimali, insetti u fjuri kkuluriti kważi dejjem ikunu l-iżjed velenużi. L-istess fl-ispazju. Dan ir-ritratt spazjali ġdid juri bużżieqa roża ta' gass jixgħel minn wara numru kbir ta' stilel. Din is-sħaba sabiħa hi waħda minn dawn l-għeġubijiet sbieħ imma perikolużi tan-natura - qed tarmi ammont enormi ta' radjazzjoni qerrieda!

Is-sħaba ta' gass u trab li qed tixgħel f'din l-istampa tissejjaħ 'superbużżieqa'. Is-superbżieżaq insibuhom f'żoni fejn ikun hemm ħafna stilel kbar li ffurmaw dan l-aħħar. Dawn l-istilel li għadhom trabi jonfħu riħ qawwi ta' partiċelli u l-istilel il-kbar 'jgħixu ħajja mgħaġġla u jmutu żgħar'. Ħajjithom hi waħda li tgħaddi relattivament malajr u li tisplodi f'supernove b'saħħithom.  Huma dawn l-attivitajiet qerrieda li naqqxu ċ-ċentru tas-sħaba u ħallew warajhom ċirku ta' gass u trab biss.

It-taħwid li jseħħ ġo dawn is-superbżieżaq enormi imur lil hinn mit-tnaqqix taċ-ċentru tas-sħaba permezz tar-raġġi X perikolużi. Ix-xjenzati skoprew li din is-sħaba partikolari titfa' 20 darba iżjed raġġi qawwijin milli stennew! Il-parir tiegħi hu: gawdi l-affarijiet sbieħ mill-bogħod!

Fatt Interessanti

Din is-superbużżieqa tinsab qrib galassja nana jisimha s-Sħaba Maġellanika l-Kbira. Iva, qtajt; galassji nani huma galassji żgħar ħafna, l-iżgħar magħrufa hi 20 darba iżgħar mill-galassja tagħna stess, it-Triq ta' Sant' Anna!

Share:

Printer-friendly

PDF File
1.0 MB