フォローお願い
iBookstore
Android app on Google Play
好きです!
A programme by
Galassja enormi turina lat ieħor tagħha
2013年2月20日

Din taħsibha stampa ta' raġġ ta' laser b'saħħtu u li jeqred il-pjaneti mill-film Star Wars jew xi film ieħor tas-sci-fi, u kważi hekk jista' jkun! Hawnhekk qed inħarsu lejn iċ-ċentru ta' waħda mill-iżjed galassji attivi fl-Univers. Ċentri tal-galassji bħal din jitfgħu ammont inkredibbli ta' enerġija - jiddu iżjed minn madwar 100 galassja normali f'daqqa!

Għalkemm din l-istampa hi impressjoni ta' artist u mhux ritratt ta' veru, hija bbażata fuq l-ewwel osservazzjonijiet 3-D ta' veru ta' quasar - għax hekk jissejħu ċ-ċentri ta' galassji attivi bħal dawn! Biex tara oġġett astronomiku 3D, mhijiex xi ħaġa faċli. Jekk l-oġġett ma jkunx qed idur, diffiċli ħafna li tarah minn iżjed minn angolu wieħed. Imma eroj mhux mistenni salvana f'dan il-każ: grupp enormi ta' galassji bejn id-Dinja u l-quasar.

Tinstema' stramba, imma minflok imblokka d-dehra tal-quasar, il-ġibda gravitazzjonali tal-grupp ta' galassji tant kienet qawwija li għawġet ir-raġġi tad-dawl ġejjin mill-quasar hekk kif kienet għaddejja. Minħabba dan, id-dawl vvjaġġa minn madwar il-grupp u stajna nosservaw il-quasar mid-dinja. Anzi aħjar, il-grupp għawweġ id-dawl biex b'hekk stajna naraw id-dawl ġej min-naħat tal-quasar fl-istess ħin! Dan ta lill-astronomi l-ewwel stampa ta' veru bit-3-D ta' waħda minn dawn il-galassji enormi!

Fatt Interessanti

L-Univers hu magħmul minn bosta strutturi li jżommu flimkien bil-gravità. L-istilel huma miġbura f'galassji u l-galassji huma miġbura fi gruppi ta' galassji (clusters). Il-galassja tagħna, it-Triq ta' Sant'Anna, hi parti mill-Grupp Virgo, flimkien ma' madwar 2,000 galassja oħra!

Share:

Printer-friendly

PDF File
1.0 MB