フォローお願い
iBookstore
Android app on Google Play
好きです!
A programme by
Awguri, hi pjaneta!
2013年2月28日

Meta mara tkun tqila, tmur għal ultrasound u t-tobba jiċċekkjaw it-tarbija li tkun qed tikber ġo fiha. L-astronomi, dan l-aħħar għamlu osservazzjonijiet simili fuq stilla fil-qrib - bi żball! Waqt li kienu qed iħarsu lejn ċirku ta' gass li hemm madwar l-istilla, ħadu sorpriża meta raw pjaneta żgħira tikber ġo fiha! Għall-ewwel darba, pjaneta qed jarawha f'dan l-istadju bikri ta' ħajjitha. Din l-istampa hi impressjoni tal-artist ta' kif jaħseb li hi din il-pjaneta mill-qrib. 

L-astronomi jsejħu pjaneti barra mis-sistema solari tagħna 'exo-pjaneti'. It-tfittxija għall-exo-pjaneti hi waħda mill-iżjed suġġetti eċitanti fl-astronomija bħalissa. S'issa nstabu madwar 850, imma biex jitteħdilhom ritratt bħal dan għadu rari ħafna. Dan għaliex il-pjaneti jiddu ħafna inqas mill-istilel u spiss jiġu mitfija mid-dawl tal-istilel. Qishek tipprova tara ajruplan li għaddej minn quddiem ix-Xemx tiddi.

Din l-istilla żagħżugħa diġà jafu li hemm pjaneta oħra torbitaha madwar sitt darbiet iżjed 'il bogħod minn kif id-Dinja torbita x-Xemx. Il-pjaneta l-ġdida hi madwar 10 darbiet iżjed 'il bogħod! U waqt li l-pjaneta għadha żagħżugħa żgur li mhijiex żgħira - l-astronomi jaħsbu li ħi madwar id-daqs ta' Ġove, li fiha tista' ddaħħal 1000 Dinja! 

L-astronomi jaħsbu li l-pjaneti ġganti jikbru billi jieħdu mill-gass u t-trab li jibqa' wara li tifforma stilla. Osservazzjonijiet ġodda jappoġġjaw dan: il-pjaneta qiegħda f'ċirku ta' materjal li hemm madwar l-istilla, u hemm ħafna postijiet fejn il-pjaneti u l-istilel għadhom jinteraġixxu direttament.

Fatt Interessanti

L-ikbar exo-pjaneta li qatt ġiet skoperta ingħatat l-isem ta' 'CD-35 2722'. Din il-pjaneta ġganta hi madwar 10,000 darba ikbar mid-Dinja!

Share:

Printer-friendly

PDF File
953.5 KB